Personal Guidance u Counselling

Servizz ta’ Personal Guidance u Counselling

Fil-Kulleġġ San Tumas More, is-servizz ta’ Personal Guidance & Counselling jingħata minn tim ta’ Guidance Teachers, Trainee Counsellor u School Counsellor.  Dan is-servizz huwa offrut fl-iskejjel kollha tal-kulleġġ tagħna, kemm f’dawk Primarji kif ukoll f’dawk Sekondarji.  Jistgħu jagħmlu użu minnu t-tfal kollha tal-kulleġġ u dawk il-ġenituri li jkollhom xi diffikulta’ dwar uliedhom.  Dan is-servizz joffri:

  • Post fejn tista’ tiftaħ qalbek dwar dak li qed idejqek, jikkonfondik jew ibeżżgħek;
  • Opportunita’ li tiskopri soluzzjonijiet għall-problemi tiegħek;
  • Post fejn inti tista’ tiżvoga d-dwejjaq jew ir-rabja fil-kwiet u l-privatezza;
  • Xi ħadd professjonali li:
    1. ser jisimgħek mingħajr ma jiġġudikak;
    2. speċjalizza fil-qasam ta’ kif jista’ jgħin lil min qed jaffaċċja xi problema;
    3. jżomm u jirrispetta l-kunfidenzjalita’.

Il-kunfidenzjalita’ hija kruċjali f’dan is-servizz.  Din tiggarantixxi li kull ma jingħad waqt il-counselling session jibqa’ bejn il-klijent (student / ġenitur / kustodju) u l-professjonist li qed jagħti s-servizz.  Il-kunfidenzjalita’ tinkiser BISS jew bil-permess tal-klijent jew meta ikun hemm periklu għall-klijent innifsu jew għal xi ħaddieħor.  F’dan l-aħħar każ, il-professjonist huwa marbut li jimxi mal-proċeduri u l-linji gwida mfassla mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi: School Social Work Service, Child Safety Service, Anti-Substance Abuse Service, Anti-Bullying Service, School Psychological Service, Career Guidance & Counselling Service u Educational Medical Service.

Naħdmu wkoll ma’ aġenziji oħra bħall-Aġenzija Appoġġ, Sedqa u Caritas li joffru għajnuna u appoġġ lill-istudenti u l-familji tagħhom.

Biex jagħmlu użu minn dan is-servizz l-istudenti għandhom imorru l-Guidance Room/Support Room u jitolbu appuntament.  Fil-Primarja jistgħu wkoll jgħidu lill-għalliem/a tal-klassi li għandhom bżonn appuntament mal-Guidance Teacher, Trainee Counsellor jew School Counsellor u jingħata appuntament jew jibagħtu għalihom il-persuni kkonċernati.

College Counsellor:                      MaryRose Farrugia

Trainee Counsellor:                       Fiona Zammit

Tel: 21652705 / 7

 

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>