Career Guidance

Is-servizz ta’ Career Guidance fil-Kulleġġ huwa maħsub sabiex jassisti lill-istudenti jagħmlu l-għażliet neċessarji li jwassluhom għal karriera sodisfaċenti aktar ’il quddiem f’ħajjithom. Sabiex l-istudenti jaslu għal dan, il-pedament irid jibda mill-iskola, u għalhekk, il-College Career Advisor u t-Trainee Career Advisor jgħinu sabiex:

  1. Jassistu fl-għażliet tas-suġġetti fis-sitt sena tal-livell Primarju u fit-tieni sena tal-iskola Sekondarja.
  2. Jagħtu kontribut dirett fuq livell nazzjonali sabiex l-istudenti jipparteċipaw fil-‘Learning Exposure’ u ‘Job Exposure’ li jippromwovu l-kunċett ta’ ‘Lifelong Learning’ u ‘ Employability’ rispettivament.
  3. Jagħmlu ‘one-to-one’ sessions mal-istudenti li jitolbu l-għajnuna fil-qasam tal-karrieri, kif ukoll ifasslu programm strutturat bħall-‘Kickstarting My Careers Portfolio’ (KCP) li ġie mniedi fis-sena skolastika 2010/11 fil-Kulleġġ San Tumas More biss, propju minn dan it-tim, bil-ħsieb li l-istudenti tal Form 3 jingħataw attenzjoni individwali li twassalhom għal aktar għarfien fil-karrieri ta’ preferenza tagħhom.
  4. Imexxu u jwettqu l-‘Walk-In-Service’ fis-Sajf sabiex tingħata għajnuna lill-istudenti li jkunu għadhom kif spiċċaw il-ħames sena sekondarja, rigward x’ser jagħmlu fil-livell postsekondarju: jekk ikomplux jattendu kulleġġi bħall-MCAST, Junior College, ITS, eċċ, jew inkella jintegrawx ruħhom fid-dinja tax-xogħol.
  5. Jorganizzaw ‘Career Days’, ‘Career Weeks’ u ‘Orientation Visits’ flimkien mal-għalliema tal-guidance.

Għas-sena skolastika 2011/12, dan it-tim għandu l-pjaċir iniedi servizz miftuħ għall-istudenti kollha b’mod elettroniku sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet tagħhom rigward karrieri permezz ta’ email. Jekk ikun hemm bżonn isiru l-appuntamenti neċessarji sabiex wieħed jitkellem iktar fid-dettall b’mod personalizzat.

Għal kull tip ta’ għajnuna oħra fil-qasam tal-karrieri, wieħed jista’ jċempel fuq 21652705/7 u jistaqsi għal Ms Lorraine Aquilina (College Career Advisor) jew għal Ms Gianella Cutajar (Trainee Career Advisor).

Grazzi u nittamaw li narawkom jew nisimgħu mingħandkom!

Lorraine & Gianella

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>