San Tumas More

San Tumas More

San Tumas More twieled Londra fl-1478.  Kien iben Sir John More, imħallef prominenti.  Huwa studja l-liġi fl-Universita’ ta’ Oxford ġewwa l-Ingilterra.  Wara li spiċċa l-istudju tiegħu huwa beda l-karriera legali li wasslitu sal-Parlament.  Fl-1505 huwa żżewweġ lil Jane Colt u kellu erbat itfal.  Meta martu mietet ta’ eta’ żgħira huwa reġa’ żżewweġ armla, Alice Middleton, biex tieħu ħsieb it-tfal tiegħu.  Bħala riformatur huwa kellu ħafna ħbieb fosthom isqfijiet u skulari.

 Fl-1516 kiteb il-famuż ktieb “Utopia”.  Huwa ġibed is-simpatija ta’ Henry VII li għażlu u tah karigi għoljin fosthom bħala kanċillier fl-1529.  Madankollu huwa rriżenja fl-1532 fil-quċċata tal-karriera tiegħu.  Huwa qatta’ l-aħħar żmien ta’ ħajtu jiddefendi l-Knisja bil-kitba tiegħu.  Huwa ċaħad lir-Re bħala l-kap tal-Knisja tal-Ingilterra.  Ftit wara huwa nstab ħati bħala traditur u saħaq mal-qorti li ma setax imur kontra l-kuxjenza tiegħu.  Fuq il-forka huwa qal lill-folla preżenti li hu kien se jmut bħala s-serv twajjeb tar-Re, imma Alla jiġi l-ewwel.  Huwa sofra l-martirju ta’ qtugħ ir-ras fis-6 ta’ Lulju 1535.

Tumas More kien ibbeatifikat fl-1886 u kkanonizzat bħala qaddis mill-Papa Piju XI fl-1935.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fit-22 ta’ Ġunju u huwa l-patrun tal-avukati.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>