Kulleġġ San Tumas More

Kulleġġ San Tumas More

Il-Kulleġġ San Tumas More hu komunita’ ta’ skejjel li jinkoraġġixxu t-tiftix intellettwali, l-iżvilupp fiżiku, l-għarfien soċjali u etiku, u l-opportunitajiet għal kulħadd.  Dan jagħmluh permezz tal-edukazzjoni li tibdel il-ħajja tal-individwu u ttejjeb is-soċjeta’.  Dan il-kliem  jiġbor  fih l-Istqarrija ta’ Missjoni tal-Kulleġġ tagħna, stqarrija approvata mill-Kapijiet tal-iskejjel fit-tieni laqgħa tagħhom bħala Kunsill tal-Kapijiet.  Fl-istess laqgħa kien approvat ukoll il-motto tal-Kulleġġ, ‘Per Ardua ad Astra’, frażi li tfisser li ‘bix-xogħol iebes u l-istinkar, tagħmel il-progress’.

Din il-Missjoni, ambizzjuża u delikata fl-istess ħin, nistgħu nwettquha jekk ilkoll naħdmu flimkien biex intejbu l-progress tal-istudenti kollha;

ngħollu dejjem iżjed il-livell tat-tagħlim li jsir fl-iskejjel tal-Kulleġġ;

noħolqu ambjent skolastiku li fih l-istudenti kollha jsibu s-sapport li jeħtieġu;

ngħinu lit-tfal kollha jakkwistaw l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex ‘il quddiem ikunu jistgħu jagħżlu karriera xierqa u ta’ fejda;

niżirgħu fit-tfal tagħna l-valuri meħtieġa biex jikbru u jiżviluppaw f’ċittadini denji ta’ pajjiżna.

Il-Kulleġġ San Tumas More iħaddan fih dawn l-iskejjel:

Skola Primarja Fgura A

Skola Primarja Fgura B

Skola Primarja Marsaskala

Skola Primarja Marsaxlokk

Skola Primarja Tarxien

Skola Primarja Zejtun A

Skola Primarja Zejtun B

Skola Sekondarja Subien Paola

Skols Sekondarja Bniet Santa Luċija

Skola Sekondarja Subien Ħamrun

 

 


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>