Innu tal-Kulleġġ

Innu tal-Kulleġġ San Tumas More

INNU

KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE

 

Kitba: Trevor Zahra                                               

Mużika: AnnMarie Chetcuti & Noel Calleja

  Arr.: Mro Joseph Chircop

Dal-kulleġġ qed jgħinna nagħtu

L-ewwel pass fl-edukazzjoni;

Bniet, subien b’eta’ diversa

Mingħajr ebda distinzjoni.

Dil-komunita’ ta’ skejjel

Toffri l-opportunita’

Illi nsaħħu lilna nfusna

Biex intejbu s-soċjeta’.

….. soċjeta’.

San Tumas More jieqaf magħna,

San Tumas More jispirana,

Sabiex nilħqu dan l-għan tagħna

Il-kuraġġ ma jonqos qatt.

San Tumas More idawwalna,

San Tumas More iwassalna,

Bl-għerf u s-sewwa iqanqalna

Biex ma jibqa’ lura ħadd.

Hawn, miċ-ċokon taż-żgħożija,

Flimkien naqsmu l-aqwa ġid,

Biex min jiflaħ jerfa’ ħafna

Jgħin lil min jaf jerfa’ ftit.

U b’din l-għaqda ta’ bejnietna

Fl-aħħar niksbu kull suċċess,

Fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħna

Bl-impenn naslu għall-progress.

….. għall-progress.

San Tumas More jieqaf magħna,

San Tumas More jispirana,

Sabiex nilħqu dan l-għan tagħna

Il-kuraġġ ma jonqos qatt.

San Tumas More idawwalna,

San Tumas More iwassalna,

Bl-għerf u s-sewwa iqanqalna

Biex ma jibqa’ lura ħadd.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>