Job Exposure

Inizjattiva JOB EXPOSURE – Kulleġġ San Tumas More

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Kulleġġ San Tumas More organizza l-inizjattiva tal- Job Exposure, fejn ħadu sehem l-istudenti tal-Form 4 u tal-Form 5 tal-iskola Sekondarja tas-subien, Paola, kif ukoll tal-iskola Sekondarja tal-bniet ta’ Santa Lucija. B’kollox ipparteċipaw iktar minn mitejn (200) student/a fejn dawn kellhom iċ-ċans iqattgħu erba’ jew ħamest ijiem fuq post tax-xogħol ta’ preferenza tagħhom sabiex josservaw dak ix-xogħol jew karriera partikolari li qed jaspiraw għaliha iżjed ’il quddiem.

Din l-attività kienet tinvolvi proċess twil fejn il-College Career Advisor flimkien mat-Trainee Career Advisor ikkuntattjaw employers differenti sabiex jilqgħu lil dawn l-istudenti, bdew sensiela ta’ laqgħat mal-ġenituri, żaru l-postijiet tax-xogħol fejn l-istudenti għamlu din l-esperjenza, kif ukoll organizzaw ċerimonja għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, li ġiet iċċelebrata fis-6 ta’ Ġunju, 2012.

Permezz tal-Job Exposure, l-istudenti:

  • Ħadu l-ewwel esperjenza tagħhom fejn integraw f’post tax-xogħol.
  • Skoprew x’jiġifieri ‘Taħdem man-nies’, lil hinn mill-fsied u s-sigurtà tad-dar.
  • Iċċaraw  l-idejat tagħhom dwar ix-xogħol preferut tagħhom.
  • ‘Raw b’għajnejhom u missew b’idejhom’ proċessi relatati max-xogħlijiet favoriti tagħhom.
  • Raw b’mod iktar dirett il-kunċetti assoċjati mal-postijiet tax-xogħol, bħal pereżempju: id-Dixxiplina, il-Ħinijiet u l-Puntwalità, Trasport, Ilbies neċessarju għas-Saħħa u Sigurta’ u uniformijiet, rispett lejn l-awtorità u lejn il-management, eċċ.
  • Integraw ma’ team ta’ ħaddiema u professjonisti u ħaddnu l-kunċett ta’ Teamwork.

Ma setax jonqos li qabel ma l-istudenti ntbagħtu fil-postijiet tax-xogħol, il-career Advisors ġabru l-applikazzjoniet neċessarji, l-kunsens tal-ġenituri u ppreparaw mill-aħjar b’sessjonijiet individwali lil dawk l-istudenti li kellhom bżonn iktar assistenza sabiex jilqgħu din l-isfida u jipparteċipaw bħal sħabhom l-oħra.

L-oqsma differenti li l-istudenti għamlu l-osservazzjoni fihom huma s-settur mediku, finanzjarju, s-settur tal-I.T. u l-informatika, il-qasam sportiv, dak tal-media, is-settur tal-ospitalità u t-turiżmu, spraying, panel beating, l-industrija u l-manifattura, skejjel fil-Kulleġġ stess, eċċ.  L-istudenti ngħataw ukoll Logbook li kien fih sett ta’ mistoqsijiet li għen lill-istudenti sabiex jirriflettu fuq din l-esperjenza u setgħu jaraw ukoll kummenti li l-istess employer jkun kiteb fuq l-istudenti nfushom (feedback).

L-inizjattiva waslet fit-tmiem tagħha permezz taċ-ċertifikati li ngħataw lil kull student/a. Kemm l-istudenti li pparteċipaw, l-Employers kif ukoll l-istaff tal-Kulleġġ, kellhom kliem pożittiv ħafna għal din l-esperjenza. Il-Kulleġġ iħares ’il quddiem għal inizjattivi simili ta’ suċċess u jawgura karriera sodisfaċenti lill-istudenti kollha li ħadu sehem!

LorraineAquilina

College Career Advisor

Kulleġġ San Tumas More

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>