Attività tal-arti fil-beraħ

arti-06

Picture 1 of 13

Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Mejju 2011, grupp ta’ studenti mill-iskejjel tal-Kulleġġ San Tumas More ħadu sehem f’attività tal-arti mhux tas-soltu. Fuq inizjattiva tal-Kumitati tal-Edukazzjoni u tal-Familja tal-Kunsill Lokali ta’ M’Skala, dawn l-istudenti ltaqgħu ma’ għadd ta’ artisti stabbiliti u flimkien magħhom, madwar ix-xatt ta’ M’Skala, intefgħu jpinġu veduti tal-bajja sabiħa ta’ quddiemhom. Din l-attività offriet l-opportunità lil dawn l-istudenti sabiex, bil-għajnuna ta’ artisti magħrufa, ikomplu jiżviluppaw it-talenti artistiċi tagħhom.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>