Il-kartolina tal-Milied tal-Prim Ministru

Studenti Skalin magħżula biex jagħmlu l-kartolina tal-Milied

tal-Prim Ministru

L-istudenti li jattendu l-iskola primarja ta` Marsaskala, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas More, ġew magħżula biex jagħmlu l-kartolini tal-Milied li l-Prim Ministru bagħat lid-dinjitarji kemm Maltin kif ukoll barranin.  Dawn il-kartolini saru mill-istudenti tar-raba’, ħames u sitt sena.  B’kollox ġew ppreparati għaxar kartolini u kartolina elettronika.  Kull klassi għażlet tema differenti; kien hemm min ippreżenta lil Ġesu Bambin fuq luzzu, oħrajn għażlu li jwellduh ġo tempju megalitiku jew wara xi persjana.  L-istudenti kienu mgħejjuna mill-għalliema tal-klassi, l-għalliema tal-arti u LSAs.  Ħafna mill-istudenti għamlu użu minn materjal riċiklat sabiex inżommu mat-tema Eco Explorers li l-iskola qed taħdem fuqha din is-sena.   Fost il-materjal li ntuża nsibu l-kartun li fih kien hemm l-interactive whiteboards, gazzetti u fliexken tal-plastik.

Il-21 ta` Diċembru kienet ġurnata speċjali għall-istudenti Skalin li ġew mistiedna mill-Prim Ministru nnifsu biex iżuru l-Berġa ta` Kastilja.  Madwar sitt mitt student, flimkien mal-Prinċipal, il-Kap tal-Iskola, Assistenti Kapijiet, għalliema u LSAs ħonqu waħda mis-swali ta` din il-Berġa fejn iltaqgħu mal-Prim Ministru u s-sinjura tiegħu.  Waqt din iż-żjara l-istudenti ppreżentaw il-kartolini lill-Prim Ministru.  Minn fost l-għaxar kartolini ġew magħżula tlieta.  Waqt li l-istudenti kienu l-Berġa ta’ Kastilja kantaw għanjiet tal-Milied, kif ukoll kellhom l-opportunita` li jidħlu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru fejn hu stess urihom fejn u kif iqatta` l-ġurnata tiegħu.  Il-Prim Ministru ddeskriva l-iskola primarja ta` Marsaskala bħala mudell ta` inklużjoni.  Din l-attivita` kienet waħda speċjali għall-istudenti kollha tagħna għax barra li ltaqgħu mal-Prim Ministru u żaru l-Berġa ta` Kastilja, għenithom ukoll biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom.  Attivitajiet bħal dawn jgħinu wkoll biex isaħħu l-ethos kemm tal-iskola kif ukoll tal-Kulleġġ għax kienu bosta l-gazzetti u stazzjonijiet lokali li rrapurtaw dan l-avveniment.  Dan huwa wieħed mill- artikli li nkitbu f’waħda mill-gazzetti lokali.

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20111222/local/Greetings-straight-from-schoolchildren-s-hearts.399436

 


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>