KUNSILL TAL-ĠENITURI

JITWAQQAF IL-KUNSILL TAL-ĠENITURI TAL-KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE

Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Novembru 2011, saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Ġenituri tal-Kulleġġ. F’din l-ewwel laqgħa, Ms Josephine Mifsud, il-Prinċipal tal-Kulleġġ, tat merħba lill-ġenituri preżenti u introduċiet lis-Sur Alfred Ellul Galea li se jkun iċ-Chairperson  ta’ dan il-Kunsill.

Il-Kunsill tal-Ġenituri tal-Kulleġġ huwa magħmul minn għaxar ġenituri li jirrappreżentaw l-għaxar skejjel li jiffurmaw il-Kulleġġ. Wieħed mill-għanijiet tal-Kunsill huwa li ċerti inizjattivi li jkunu ttieħdu minn xi Kunsill Skolastiku jew ieħor u li jkunu rnexxew, jittieħdu wkoll minn Kunsilli Skolastiċi oħrajn tal-Kulleġġ. Għan ieħor huwa li dan il-Kunsill tal-Ġenituri jippjana u jorganizza attivitajiet – kulturali, rikrejattivi, edukattivi – għall-Kulleġġ kollu.

L-ewwel attività li kienet proposta fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Ġenituri se tkun Fun Walk għall-familji, ġenituri u tfal, li hu ppjanat li ssir nhar l-14 ta’ Jannar 2012. Aktar dettalji jixxandru fuq din il-website aktar tard.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>